Dan ir-Regolament għandu japplika għal data ta’ komunikazzjoni elettronika pproċessata b’konnessjoni mal-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk l-ipproċessar iseħħx fl-Unjoni jew le. Barra minn hekk, biex l-utenti aħħarin fl-Unjoni ma jiġux imċaħħda minn protezzjoni effettiva, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal data ta’ komunikazzjoni elettronika pproċessata b’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika minn barra l-Unjoni għal utenti aħħarin fl-Unjoni.