Dan ir-Regolament għandu japplika għal fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, għal fornituri ta’ direttorji disponibbli pubblikament, u għal fornituri ta’ softwer li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inklużi l-irkupru u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq l-Internet. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li jużaw servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika biex jibagħtu komunikazzjoni kummerċjali ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta jew jiġbru informazzjoni relatata ma’ jew maħżuna f’tagħmir terminali tal-utenti aħħarin.