L-Istati Membri għandhom jitħallew, fi ħdan il-limiti ta’ dan ir-Regolament, li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali biex jispeċifikaw u jiċċaraw ulterjorment l-applikazzjoni tar-regoli ta’ dan ir-Regolament sabiex jiżguraw applikazzjoni u interpretazzjoni effettivi ta’ dawk ir-regoli. Għaldaqstant, il-marġni ta’ diskrezzjoni, li l-Istati Membri għandhom f’dan ir-rigward, għandu jżomm bilanċ bejn il-protezzjoni tal-ħajja privata u d-data personali u l-moviment liberu ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika.