Filwaqt li l-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ewlenin tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
22
għadhom ġeneralment tajba, dik id-Direttiva ma żammitx kompletament il-pass mal-evoluzzjoni tar-realtà teknoloġika u tas-suq, u dan irriżulta fi protezzjoni effettiva inkonsistenti jew insuffiċjenti tal-privatezza u l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-komunikazzjoni elettronika. Dawk l-iżviluppi jinkludu d-dħul fis-suq ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li mill-perspettiva tal-konsumatur jistgħu jissostitwixxu servizzi tradizzjonali, iżda ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mal-istess sett ta’ regoli. Żvilupp ieħor jikkonċerna tekniki ġodda li jippermettu l-ittraċċar ta’ imġiba onlajn ta’ utenti aħħarin, li mhumiex koperti mid-Direttiva 2002/58/KE. Id-Direttiva 2002/58/KE għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b'dan ir-Regolament.