Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi u l-fluss liberu ta' data ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni kollha, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.