Skont l-Artikolu 8(1) tal-Karta u l-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kulħadd għandu d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali dwaru jew dwarha. Ir-Regolament (UE) 2016/679 jistabbilixxi regoli relatati mal-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u regoli relatati mal-moviment liberu ta’ data personali. Data ta’ komunikazzjoni elettronika tista’ tinkludi data personali kif definit fir-Regolament (UE) 2016/679.