Il-fornituri ta’ servizzi li joffru servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin b’miżuri li jistgħu jieħdu biex jipproteġu s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet tagħhom pereżempju billi jużaw tipi speċifiċi ta’ softwer jew teknoloġiji ta’ kriptaġġ. Ir-rekwiżit li l-utenti aħħarin jiġu infurmati b'riskji ta’ sigurtà partikolari ma jeħlisx lil fonitur ta’ servizz mill-obbligu li jieħu, bi spejjez tiegħu, miżuri adatti u immedjati biex jirrimedja kwalunkwe riskju ta' sigurtà ġdid u imprevist u li jistabbilixxi mill-ġdid il-livell ta' sigurtà normali tas-servizz. Il-forniment ta’ informazzjoni dwar ir-riskji ta’ sigurtà għall-abbonat għandu jkun mingħajr ħlas. Is-sigurtà hija evalwata fid-dawl tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/679.