F’dan ir-Regolament, kummerċjalizzazzjoni diretta tirreferi għal kwalunkwe forma ta’ reklamar li permezz tiegħu persuna fiżika jew ġuridika tibgħat komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta direttament lil utent aħħari wieħed jew aktar identifikat(i) jew identifikabbli bl-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika. Minbarra l-offerta ta’ prodotti u servizzi għal finijiet kummerċjali, dan għandu jinkludi wkoll messaġġi mibgħuta minn partiti politiċi li jagħmlu kuntatt ma’ persuni fiżiċi permezz ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika biex jippromwovu l-partiti tagħhom. L-istess għandu japplika għal messaġġi mibgħuta minn organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ oħra biex jappoġġjaw il-finijiet tal-organizzazzjoni.