Direttorji pubblikament disponibbli ta’ utenti aħħarin ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika huma mqassma b’mod wiesa’. Direttorji pubblikament disponibbli jfisser kwalunkwe direttorju jew servizz li jkun fih informazzjoni dwar utenti aħħarin bħal numri tat-telefown (inklużi numri tal-mowbajl), id-dettalji ta’ kuntatt tal-indirizz tal-posta elettronika u jinkludi servizzi ta’ indaġni. Id-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali ta’ persuna fiżika jirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi jintalbu l-kunsens qabel ma d-data personali tagħhom tiġi inkluża f’direttorju. L-interess leġittimu ta’ entitajiet ġuridiċi jirrikjedi li l-utenti aħħarin li huma entitajiet ġuridiċi jkollhom id-dritt li joġġezzjonaw għall-fatt li d-data relatata magħhom tiġi inkluża f’direttorju.