Id-data ta’ komunikazzjoni elettronika tista’ tiżvela wkoll informazzjoni dwar entitajiet ġuridiċi, bħal sigrieti ta’ negozju jew informazzjoni sensittiva oħra li għandha valur ekonomiku. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw kemm għal persuni fiżiċi kif ukoll għal persuni ġuridiċi. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jiżgura li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 , japplikaw ukoll għal utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi. Dan jinkludi d-definizzjoni ta’ kunsens taħt ir-Regolament (UE) 2016/679. Meta ssir referenza għal kunsens minn utent aħħari, inklużi persuni ġuridiċi, din id-definizzjoni għandha tapplika. Flimkien ma’ dan, persuni ġuridiċi għandu jkollhom l-istess drittijiet bħal utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi fir-rigward tal-awtoritajiet superviżorji; barra minn hekk, l-awtoritajiet superviżorji taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu wkoll responsabbli mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi.