Teżisti teknoloġija li tippermetti lill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li jillimitaw b’modi differenti r-riċeviment ta’ telefonati mhux mixtieqa mill-utenti aħħarin, inkluż li jiġu bblokkati telefonati silenzjużi u telefonati frodulenti u malizzjużi oħra. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq numru li huma pubblikament disponibbli għandhom jagħmlu użu minn din it-teknoloġija u jipproteġu lill-utenti aħħarin minn telefonati malizzjużi u mingħajr ħlas. Il-fornituri għandhom jiżguraw li l-utenti aħħarin ikunu konxji tal-eżistenza ta’ funzjonalitajiet tali, pereżempju, billi jippubbliċizzaw il-fatt fuq il-paġna web tagħhom.