Hemm ġustifikazzjoni biex tiġi prijoritizzata l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ telefonata f'każijiet speċifiċi. Id-drittjiet tal-utenti aħħarin għall-privatezza fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ telefonata għandhom jiġu ristretti fejn dan huwa neċessarju biex jiġu ttraċċati telefonati malizzjużi u fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ telefonata u d-data dwar il-post fejn dan huwa neċessarju biex servizzi tal-emerġenza, bħall-eCall, ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom bl-aktar mod effettiv possibbli.