Fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ telefonata, jeħtieġ li jiġi mħares id-dritt tal-parti li tagħmel it-telefonata li tiċħad il-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja li minnha tkun qed issir it-telefonata u d-dritt tal-parti li saritilha t-telefonata li tirrifjuta telefonati minn linji mhux identifikati. Ċerti utenti aħħarin, b’mod partikolari linji ta’ għajnuna, u organizzazzjonijiet simili, għandhom interess li jiggarantixxu l-anonimità ta' min jagħmlilhom it-telefonata. Fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ linja konnessa, jeħtieġ li jiġi protett id-dritt u l-interess leġittimu tal-parti li saritilha t-telefonata li tiċħad il-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja li magħha hija fil-fatt konnessa l-parti li tagħmel it-telefonata.