Il-projbizzjoni ta’ ħżin ta’ komunikazzjonijiet mhix maħsuba biex jiġi pprojbit kwalunkwe ħżin awtomatiku, intermedju u tranżitorju ta’ din l-informazzjoni sa fejn dan iseħħ għall-uniku għan li ssir it-trażmissjoni fin-netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika. Ma għandu jipprojbixxi la l-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-kontinwità tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, inkluż l-ikkontrollar ta’ theddid għas-sigurtà bħall-preżenza ta’ malwar jew l-ipproċessar ta’ metadata biex tiġi żgurata l-kwalità meħtieġa ta’ rekwiżiti ta’ servizz, bħall-latenza, jitter, eċċ.