It-tagħmir tar-radju u s-softwer tiegħu li jitqiegħdu fis-suq intern fl-Unjoni, għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
23
. Dan ir-Regolament ma għandu jaffettwa l-applikabbiltà tal-ebda wieħed mir-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/53/UE u lanqas is-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta atti delegati skont id-Direttiva 2014/53/UE li tirrikjedi li kategoriji jew klassijiet speċifiċi ta’ tagħmir tar-radju jinkorporaw salvagwardji biex jiżguraw li d-data personali u l-privatezza tal-utenti aħħarin ikunu protetti.