Kunfidenzjalità ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika

Id-data ta’ komunikazzjoni elettronika għandha tkun kunfidenzjali. Kwalunkwe interferenza ma’ data ta’ komunikazzjoni elettronika, bħal smigħ, itteppjar, ħżin, monitoraġġ, skennjar jew tipi oħra ta’ interċettazzjoni, sorveljanza jew ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika, minn persuni oħra għajr l-utenti aħħarin, għandha tkun ipprojbita, ħlief meta permessa minn dan ir-Regolament.