Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm iddettaljat għall-monitoraġġ tal-effettività ta’ dan ir-Regolament.
Sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-evalwazzjoni għandha, fejn ikun il-każ, tinforma proposta biex jiġi emendat jew revokat dan ir-Regolament fid-dawl ta’ żviluppi legali, tekniċi jew ekonomiċi.