1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali oħra applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament b'mod partikolari għal ksur li mhux soġġett għal multi amministrattivi skont l-Artikolu 23, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Tali penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2.Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1, sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-data stabbilita taħt l-Artikolu 29(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.