Dritt għal kumpens u responsabbiltà

Kwalunkwe utent aħħari ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li sofra dannu materjali jew nonmaterjali bħala riżultat ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament għandu jkollu d-dritt li jirċievi kumpens mingħand il-kontraventur għad-dannu soffert, diment li l-kontraventur ma jurix li ma huwa bl-ebda mod responsabbli għall-avveniment li wassal għad-dannu skont l-Artikolu 82 tar-Regolament (UE)2016/679.