Rimedji

1.Mingħajr ħsara għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, kull utent aħħari ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jkollu l-istess rimedji previsti fl-Artikoli 77, 78, u 79 tar-Regolament (UE) 2016/679.
2.Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minbarra utenti aħħarin affettwata b’mod negattiv minn ksur ta’ dan ir-Regolament u li għandha interess leġittimu fil-waqfien jew il-projbizzjoni tal-ksur allegat, inkluż fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li jkun qed jipproteġi l-interessi kummerċjali leġittimi tiegħu, għandu jkollha dritt li tressaq proċedimenti legali fir-rigward tat-tali ksur.