Kull awtorità superviżorja għandha tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni skont il-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.