Kamp ta’ applikazzjoni materjali

1.Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika mwettqa b’konnessjoni mal-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u għal informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta’ utenti aħħarin.
2.Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
(a)attivitajiet li jaqgħu barra l-ambitu tal-liġi tal-Unjoni;
(b)attivitajiet tal-Istati Membri li jaqgħu taħt l-ambitu tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
(c)servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li mhumiex pubblikament disponibbli;
(d)attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inklużi s-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika;
3.L-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni huwa rregolat mir-Regolament (UE) 00/0000 [Regolament ġdid li jissostitwixxi r-Regolament 45/2001]
4.Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE 26 , b’mod partikolari tar-regoli ta’ responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizz intermedjarju fl-Artikoli 12 sa 15 ta’ dik id-Direttiva.
5.Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/53/UE.