Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, stabbilit skont l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2016/679, għandu jkollu l-kompetenza li jiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jeżerċita l-kompiti mniżżla fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2016/679. Il-Bord għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
(a)jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe emenda proposta ta’ dan ir-Regolament;
(b)jeżamina, fuq inizjattiva tiegħu stess, fuq talba ta' wieħed mill-membri tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni, kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki sabiex iħeġġeġ l-applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament.