1.L-awtorità superviżorja indipendenti jew l-awtoritajiet responsabbli mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom ikunu responsabbli wkoll mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kapitoli VI u VII tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw mutatis mutandis. Il-kompiti u s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji għandhom ikunu eżerċitati fir-rigward tal-utenti aħħarin.
2.L-awtorità superviżorja jew l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw kull meta jkun il-każ mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbiliti skont id-[Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika].