Informazzjoni dwar riskji ta’ sigurtà skoperti

Fil-każ ta’ riskju partikolari li jista’ jikkomprometti s-sigurtà tan-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, il-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għandu jinforma lill-utenti aħħarin dwar riskju tali u, fejn ir-riskju jaqa’ barra l-ambitu tal-miżuri li għandhom jittieħdu mill-fornitur tas-servizz, jinforma lill-utenti aħħarin bi kwalunkwe rimedju possibbli, inkluża indikazzjoni tal-ispejjeż probabbli involuti.