1.Il-fornituri ta’ direttorji pubblikament disponibbli għandhom jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi biex jinkludu d-data personali tagħhom fid-direttorju u, b’konsegwenza, għandhom jiksbu l-kunsens minn dawn l-utenti aħħarin għall-inklużjoni ta’ data skont il-kategorija ta’ data personali, sa fejn data tali tkun rilevanti għall-fini tad-direttorju kif iddeterminat mill-fornitur tad-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali.
2.Il-fornituri ta’ direttorju pubblikament disponibbli għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarin li huma persuni fiżiċi li d-data personali tagħhom tinsab fid-direttorju bil-funzjonijiet ta’ tfittxija disponibbli tad-direttorju u jiksbu l-kunsens tal-utenti aħħarin qabel ma jippermettu funzjonijiet ta’ tfttxija tali relatati mad-data proprja tagħhom.
3.Il-fornituri ta’ direttorji pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu lill-utenti aħħarin li huma persuni ġuridiċi bil-possibbiltà li joġġezzjonaw għall-fatt li data relatata magħhom tiġi inkluża fid-direttorju. Il-fornituri għandhom jagħtu lil utenti aħħarin tali li huma persuni ġuridiċi l-mezzi biex jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru data tali.
4.Il-possibbiltà għall-utenti aħħarin li ma jiġux inklużi f’direttorju pubblikament disponibbli, jew li jivverifikaw, jikkoreġu u jħassru kwalunkwe data relatata magħhom għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas.