Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jużaw l-aqwa miżuri biex jillimitaw it-telefonati mhux mixtieqa li jirċievu l-utenti aħħarin u għandhom ukoll jipprovdu lill-utent aħħari li saritlu t-telefonata l-possibbiltajiet li ġejjin, mingħajr ħlas:
(a)li jibblokka telefonati li jkunu deħlin minn numri speċifiċi jew minn sorsi anonimi;
(b)li jwaqqaf it-trasferiment awtomatiku ta’ telefonati minn parti terza għat-tagħmir terminali tal-utent aħħari.