Eċċezzjonijiet għall-preżentazzjoni u restrizzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ telefonata u dik konnessa

1.Irrispettivament minn jekk l-utent aħħari li jkun jagħmel it-telefonata jkunx ipprevjena l-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ telefonata, fejn issir telefonata lil servizzi tal-emerġenza, il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jinjoraw l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ telefonata u ċ-ċaħda jew in-nuqqas ta’ kunsens ta’ utent aħħari għall-ipproċessar ta’ metadata, fuq bażi ta’ kull linja għal organizzazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza, inklużi punti ta’ rispons ta’ sigurtà pubblika, bil-għan li jkun hemm rispons għal komunikazzjonijiet tali.
2.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet aktar speċifiċi fir-rigward tal-istabbiliment ta’ proċeduri u ċ-ċirkostanzi fejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jinjoraw l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ telefonata fuq bażi temporanja, fejn l-utenti aħħarin jitolbu l-ittraċċar ta’ telefonati malizzjużi jew disturbanti.