Preżentazzjoni u restrizzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja konnessa u ta’ telefonata

1.Fejn il-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja konnessa u ta’ telefonata hija offruta skont l-Artikolu [107] tad-[Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika], il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu dan li ġej:
(a)l-utent aħħari li jkun qed jagħmel it-telefonata bil-possibbiltà li jipprevjeni l-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ telefonata fuq bażi ta’ kull telefonata, ta’ kull konnessjoni jew permanenti;
(b)l-utent aħħari li saritlu t-telefonata bil-possibbiltà li jipprevjeni l-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ telefonata ta’ telefonati li jkunu deħlin;
(c)l-utent aħħari li saritlu t-telefonata bil-possibbiltà li jirrifjuta telefonati li jkunu deħlin fejn il-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja ta’ telefonata tkun ġiet prevenuta mill-utent aħħari li jkun qed jagħmel it-telefonata;
(d)l-utent aħħari li saritlu t-telefonata bil-possibbiltà li jipprevjeni l-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja konnessa lill-utent aħħari li jkun qed jagħmel it-telefonata.
2.Il-possibbiltajiet imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti lill-utenti aħħarin b’mezzi sempliċi u mingħajr ħlas.
3.Il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu japplika ukoll fir-rigward ta’ telefonati lil pajjiżi terzi li joriġinaw fl-Unjoni. Il-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għal telefonati li jkunu deħlin li joriġinaw f’pajjiżi terzi.
4.Fejn il-preżentazzjoni tal-identifikazzjoni tal-linja konnessa jew ta’ telefonata hija offruta, il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq numru pubblikament disponibbli għandhom jipprovdu informazzjoni lill-pubbliku dwar l-opzjonijiet imniżżla fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1.