1.Il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tista’ tirrestrinġi bis-saħħa ta’ miżura leġiżlattiva l-ambitu tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikoli 5 sa 8 fejn restrizzjoni tali tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u hija miżura neċessarja, adatta u proporzjonata f’soċjetà demokratika għas-salvagwardja ta’ wieħed jew aktar mill-interessi pubbliċi ġenerali msemmija fl-Artikolu 23(1)(a) sa (e) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew funzjoni ta’ monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali għal interessi tali.
2.Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom jistabbilixxu proċeduri interni biex iwieġbu għal talbiet għal aċċess għal data ta’ komunikazzjoni elettronika tal-utenti aħħarin abbażi ta’ miżura leġiżlattiva adottata skont il-paragrafu 1. Huma għandhom jipprovdu lill-awtorità superviżorja kompetenti, fuq talba, b’informazzjoni dwar dawk il-proċeduri, in-numru ta’ talbiet li jkunu waslu, il-ġustifikazzjoni legali invokata u t-tweġibiet tagħhom.