1.Softwer imqiegħed fis-suq li jippermetti komunikazzjoni elettronika, inkluż l-irkupru u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fuq l-Internet, għandu joffri l-opzjoni li partijiet terzi ma jitħallewx jaħżnu informazzjoni fuq it-tagħmir terminali ta’ utent aħħari jew jipproċessaw informazzjoni diġà maħżuna fuq dak it-tagħmir.
2.Mal-installazzjoni, is-softwer għandu jinforma lill-utent aħħari dwar l-opzjonijiet tas-settings tal-privatezza u, biex ikompli bl-installazzjoni, għandu jirrikjedi l-kunsens tal-utent aħħari għal setting.
3.Fil-każ ta’ softwer li jkun diġà ġie installat fil-25 ta’ Mejju 2018, ir-rekwiżiti taħt il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu rrispettati fil-mument tal-ewwel aġġornament tas-softwer, iżda mhux aktar tard mill-25 ta’ Awwissu 2018.