1.Id-definizzjoni ta’ u l-kundizzjonijiet għal kunsens previsti taħt l-Artikoli 4(11) u 7 tar-Regolament (UE) 2016/679/UE għandhom japplikaw.
2.Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, fejn ikun teknikament possibbli u fattibbli, għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 8(1), il-kunsens jista’ jiġi espress bl-użu tas-settings tekniċi adatti ta’ applikazzjoni ta’ softwer li tippermetti l-aċċess għall-Internet.
3.L-utenti aħħarin li jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika kif imniżżel fil-punt (c) tal-Artikolu 6(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 6(3) għandhom jingħataw il-possibbiltà li jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin kif stabbilit taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 u jkunu mfakkra dwar din il-possibbiltà f’intervalli perjodiċi ta’ 6 xhur, sakemm l-ipproċessar jitkompla.