1.Dan ir-Regolament japplika għal:
(a)il-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika lil utenti aħħarin fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk hux meħtieġ pagament tal-utent aħħari;
(b)l-użu ta' servizzi tali;
(c)il-protezzjoni ta’ informazzjoni relatata mat-tagħmir terminali ta’ utenti aħħarin li jkunu jinsabu fl-Unjoni.
2.Fejn il-fornitur ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika mhux stabbilit fl-Unjoni huwa għandu jaħtar bil-miktub rappreżentant fl-Unjoni.
3.Ir-rappreżentant għandu jkun stabbilit f’wieħed mill-Istati Membri fejn ikunu jinsabu l-utenti aħħarin ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika tali.
4.Ir-rappreżentant għandu jkollu s-setgħa li jwieġeb mistoqsijiet u jipprovdi informazzjoni minbarra jew minflok il-fornitur li jirrappreżenta, b’mod partikolari, lill-awtoritajiet superviżorji, u lill-utenti aħħarin, dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar ta’ data ta’ komunikazzjoni elettronika għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità ma’ dan ir-Regolament.
5.Il-ħatra ta’ rappreżentant skont il-paragrafu 2 għandha tkun mingħajr ħsara għal azzjonijiet legali, li jistgħu jinbdew kontra persuna fiżika jew ġuridika li tipproċessa data ta’ komunikazzjoni elettronika b’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika minn barra l-Unjoni lil utenti aħħarin fl-Unjoni.